Għajnejn b'ħafna kuluri.
bużullieqa
qisu kelb ħafi
Persuna li tħuf 'l hemm u 'l hawn.
donnu bakkaljawa
Persuna rqiqa ħafna.
qishom kelb u qattus
Tnejn li dejjem jiġġieldu, ma jinħamlux.
kelb għalih innifsu
Jagħmel ħsara lilu nnifsu.
jaħdem daqs bagħal
Jaħdem ħafna.
ġurdien xiħ
Moħħu jilħaqlu, makakk.
ħażin daqs ġurdien xiħ
Moħħu jilħaqlu, makakk.
kelb
Persuna kattiva, azzjonitha ħażina.
jiżloq daqs bużullieqa
Jiżloq ħafna. Il-bużullieqa hija tip ta' ħuta.
kielhom il-ġurdien
Għandu xi snien neqsin, ġeneralment ngħiduha lit-tfal.
bħal kelb imsawwat
Persuna li tkun qed tibża' li jiġrilha xi ħaġa.
jorqod daqs bumerin
Jorqod ħafna u fil-fond. Il-bumerin huwa foka tal-ispeċi Monachus monachus.
għajnejn il-mogħża
Għajnejn b'ħafna kuluri.
qisu bagħla rieqda
Persuna li qatt ma tgħid xejn, anke wara xi azzjoni ħażina.
għajnejn ta’ baqra
Għajnejn kbar u ċassi.
għajnejn il-ġurdien
Għajnejn żgħar immens.
għajnejn ta’ bażilisk
Għajnejn kbar, koroh u tal-biża' bħal tal-bażilisk, li huwa figura mitoloġika u folkloristika.
wara li ħrat il-baqra
Wara li kien tard wisq.
għajnejn il-ġurdien
Għajnejn żgħar immens.
qisu bagħla rieqda
Persuna li qatt ma tgħid xejn, anke wara xi azzjoni ħażina.