Kellu ħafna nervi; bil-buri; bil-geddum. Il-bijambò (mill-Ispanjol birimbao) huwa strument żgħir tal-ħalq li jagħmel ħoss qisu ta’ tnewwih, u jindaqq billi jinżamm max-xufftejn bejn is-swaba’, waqt li b’saba’ wieħed jintgħafas il-fildiferru li jkun imwaħħal ma’ qaws...
kategorija
l-affarijiet
donnu l-bieb tal-majjistra, tal-qabla
Kulħadd irid ikellmu; kulħadd għandu bżonn xi ħaġa mingħandu.
ħabbat il-bieb ta’ xi ħadd
Talab l-għajnuna lil xi ħadd jew kellu bżonn lil xi ħadd.
bniedem ma jgħaddix minn dak il-bieb
Bniedem twil u li fih persuna.
qiegħed wara l-bieb
Kważi wasal; qiegħed fil-viċin ħafna.
għala biebu
Ma jimpurtahx.
qabad il-bieb u telaq
Telaq minn fejn kien bla ma sellem, x’aktarx bin-nervi.
fetaħ bieb
Beda xi ħaġa ġdida, li qatt ħadd ma kien għamel qabel.
fetaħlu l-bieb
Laqgħu; ma keċċiehx.
bieb u għatba
Viċin ħafna ta’ xulxin.
wara l-bieb
Dalwaqt; ma jdumx ma jasal.
bieb miftuħ
Merħba b’kulħadd; kulħadd jista’ jmur għandu.
qabbdu, urieh il-bieb ta’ barra
Keċċieh ’il barra.
ħabbat bieb ieħor
Mar għand xi ħaddieħor li seta’ jaqdih aħjar.
donnu biċċa għaġina
Bniedem li xejn mhu fuq tiegħu, artab, ma jħaffifx fix‑xogħol.
mhix biċċa tiegħu
Din il-kwistjoni mhix affari tiegħu, m’għandux għalfejn jindaħal fiha jew ikun jaf fuqha.
hekk u biċċa, imma…
Tingħad meta dak li jkun ikun qed jaqbel ma’ xi ħadd, iżda jkun hemm element ieħor li jixtieq iżid.
ibigħ bil-biċċa
Ibigħ kwantitajiet żgħar ta’ xi ħaġa, mhux bħal ngħidu aħna bl-ingrossa.
x’kull biċċa tnejn!
Tingħad bħala espressjoni ta’ stagħġib għal xi ħaġa li ma konniex qed nistennew.
għaqad il-bezzun
It-taħwid jew l-inkwiet issa żdied sew.
għereq f’beżqa ilma
Tħawwad jew żbalja fejn ma kellux għaliex.
għal beżqa u xagħra
Tingħad mit-tfal meta jpartu żewġ affarijiet bil-ftehim li ħadd ma jitlob lura dak li jkun partat.
beża’ li xi mkien jaqa’ fuqu
Ried jitlaq ’il barra malajr kemm jista' jkun eż. beża li taqa’ d-dar fuqu, beża li taqa’ l-iskola fuqu, eċċ.
donnu bettija
Bniedem oħxon ħafna jew żaqqu kbira. Il-bettija hija kontenitur kbir ħafna tal-inbid.
ma jitlifx berrittu fil-folla
Jaf biżżejjed x’għandu jagħmel; għandu direzzjoni.
berrina
Bniedem li jħobb ixewwex u jagħwi kontra dak u l-ieħor. Il‑berrina hija għodda għat‑titqib u għandha rabta mal‑verb berren.
għaddieh berrina
Immanipulah, għadda ż-żmien bih mingħajr ma induna. Il-berrina hija għodda għat-titqib u għandha rabta mal-verb berren.
ħwejġu jibku fuqu
Ħwejġu ma jiġuhx sew, mhux pulit bihom.
ⁱmħallta l-bejgħa
Tingħad meta bniedem ikollu dubju dwar kif għandu jevalwa s-sitwazzjoni (tajjeb jew ħażin) meta jkun hemm varjetà ta’ elementi.
sar bażina
L-ikel (l-aktar l-għaġin) sar tgħaffiġa jew tgħassida, qisu bżieq.
batterija baxxa
Bla enerġija, bla ħeġġa.
x’batterija għandu!
Għandu xedaq snien ġmielu!
bastun
Bniedem li tista’ tafdah, li tista’ toqgħod fuqu.
bassa
Bniedem li jrid jindaħal u jiddeffes f’kollox.
barmil tax-xaħam
Bniedem oħxon ħafna.
ta’ barra minn hawn u seba’ ħarat
Tingħad għal xi ħaġa li tkun tibża’ biża’ kbir minnha eż. Għal Toni l-idea li jmut hija ta’ barra minn hawn u seba’ ħarat. Ħarat huwa l-plural ta’ ħara, li tfisser viċinat.
tari baqta
Tari ħafna. Baqta tfisser ħalib magħqud meta jiżdiedlu t‑tames, jiġifieri likwidu li jittieħed mill‑istonku tal‑ħrief u jitħallat mal‑ħalib biex jagħqad. Minn dan il‑proċess jiġi prodott il‑ġobon.
ħasbu l-bank Ingliż
Ħasbu li għandu xi ħafna flus.
weħel mal-bank
Tingħad meta tifel jew tifla tagħmel taħtha l-iskola.
bank il-għażż
Bniedem għażżien, ma jrid jagħmel xejn.
qagħad bank
Dak li waqt xi logħba jieħu ħsieb tal-flus eż. waqt Monopoly.
ħa banju Tork
Ħariġlu ħafna għaraq u sar għasra.
sħun banju
Sħun sal-livell it-tajjeb, la sħun wisq u lanqas kiesaħ wisq.
daqqlu l-bandu
Mar ixandru ma’ kulħadd, mar jgħid bih man-nies.
ħwejġu bandiera
Liebes ħwejjeġ qodma, mqattgħin, mhux ta’ quddiem in-nies.
qisu bandiera
Bniedem li l-ħin kollu jbiddel fehmtu jew ħsibijietu.
bil-bandiera
Tingħad għal min ikun fuq quddiem qed imexxi xi grupp ta’ nies.
dak bandiera bajda
Bniedem newtrali, li ma jżomm ma’ ħadd.
ħassu balzmu
Ħass xi ħaġa tagħmillu ħafna ġid, daqslikieku balzmu.
għamlu ballun taċ-ċarruta
Għadda ż-żmien bih.
ħareġ jiġri daqs balla
Ħareġ jiġri b’kemm kellu saħħa.
mimli sal-balla
Mimli ħafna u jiflaħx iżjed.
mimli daqs balla
Mimli ħafna u jiflaħx iżjed.
il-balla waqgħet fuqu
Waħħlu fih, qalu li t-tort tiegħu.
iridha daqs balla (ta’ kanun)
Iridha ħafna, akkost ta’ kollox.
għamel balbuljata
Għamel tgħaffiġa sħiħa, gerfex kollox, mar ħażin ħafna. Il-balbuljata hija platt tradizzjonali Malti.
bajda b’żewġt isfra
Mhux talli ġiet okkażjoni tajba ħafna, talli ġiet oħra magħha - ħaġa rari tassew, bħal bajda li jkollha żewġt isfra (plural ta’ isfar).
għandu fejn jaqli bajda
Għandu widnejh kbar ħafna, bħallikieku taġnijiet.
fejn qlejna bajda naqlu tnejn
La qiegħed f’nofs biċċa xogħol, agħmel l-aħjar użu minnha.
jekk għandu xi bajda ħoxna ħa jbidha
Jekk għandu xi jgħid fuq xi ħaġa li qed iddejqu, ħallih ħa jgħidha.
mimli daqs bajda
Mimli ħafna.
għamilha bil-bajd u l-ġobon
Għamel biċċa xogħol eċċellenti, kompluta.
L-idjomi kollha, f’post wieħed.