idjoma.mt għadu qed jinbena

idjoma.mt

idjomi Maltin

kategorija

l-annimali

dak bhima

Dak bniedem li ma jġib ruħu ħażin ma’ ħaddieħor; dak bniedem bla manjieri.

qisu betbut

Bniedem li jitkellem jgħajjat u minn imnieħru. Il-betbut huwa strument mużikali Malti u jagħmel ħoss bħal dak ta’ papra (fil-fatt, il-papra tbatbat).

x’il-belliegħa trid?

Nagħmlu din il-mistoqsija meta nħossu li xi ħadd ġej għandna b’xi problema. Il-belliegħa hija figura mitoloġika Maltija li tgħix fil-bjar.

beċċun

Bniedem li jemmen kollox u li kulħadd jagħmel li jrid bih.

bajd u beċċun

Mara li jkollha tarbija u terġa’ tinqabad tqila ftit wara, ripetutament. Fil-bejta, normalment l-għasfura jew ikollha l-bajd jew ikollha l-bċieċen.

żiemel awtur

Żiemel li aħjar minnu ma ssibx. Tintuża wkoll għal bhejjem oħra, bħall-baqra, eċċ.

qisu aringa

Irqiq ħafna. L-aringa hija speċi ta’ ħuta żgħira u rqiqa.

kelb

Persuna kattiva, azzjonitha ħażina.

jorqod daqs bumerin

Jorqod ħafna u fil-fond. Il-bumerin huwa foka tal-ispeċi Monachus monachus.

għajnejn ta’ bażilisk

Għajnejn kbar, koroh u tal-biża' bħal tal-bażilisk, li huwa figura mitoloġika u folkloristika.

L-idjomi kollha, f’post wieħed.