M’għandux flus biex jagħmel li jixtieq; m’għandux raġun jagħmel li qed jagħmel.
kategorija
l-azzjonijiet
biex [+ verb fin-negattiv]
Tintuża biex nuru diżappunt li konna qed nistennew xi ħaġa u ma ġratx eż. Qgħadt nilbes sabiħ biex ma ħriġniex! Mort il-festin biex ma rajtux!
għamilha bil-biex
Irriskja jagħmel xi ħaġa, issa jeħodha kif tiġi.
biel id-demm
Beża’ ħafna.
biel taħtu
Beża’ ħafna.
biegħlu daqqtejn
Tah daqqtejn sew; sawtu.
malajr ibigħek
Jittradik malajr, qisu xejn mhu xejn.
għandu biex ibigħ
Għandu ħafna minn xi ħaġa eż. Għandu raġun biex ibigħ li rrabja daqstant! Għandek spazju biex tbigħ f’din il-kamra!
qiegħed wara l-bieb
Kważi wasal; qiegħed fil-viċin ħafna.
qabad il-bieb u telaq
Telaq minn fejn kien bla ma sellem, x’aktarx bin-nervi.
fetaħ bieb
Beda xi ħaġa ġdida, li qatt ħadd ma kien għamel qabel.
fetaħlu l-bieb
Laqgħu; ma keċċiehx.
qabbdu, urieh il-bieb ta’ barra
Keċċieh ’il barra.
ħabbat bieb ieħor
Mar għand xi ħaddieħor li seta’ jaqdih aħjar.
ġratlu biċċa biċċun
Inqalagħlu ħafna u ħafna inkwiet.
ġratlu biċċa
Inqalgħatlu biċċa inkwiet.
biċċa, waħda tinkiteb
Ħaġa tant mhix tas-soltu, stramba jew esaġerata li tibqa’ tissemma.
biha
Għandu xi ħaġa, ġeneralment burdata tan-nervi jew taċ-ċajt; fis-sakra.
ibati bihom
Bniedem li jaqbduh in-nervi faċilment.
bihom
Bin-nervi eż. X’għandek? Tidher bihom illum!
xi trid tgħid, bħalek?
Tindaħalx għax inti ma tifhimx fis-suġġett li qed nitkellmu dwaru.
bhu għalik!
Għarukaża għal wiċċek, imissek tistħi.
għereq f’beżqa ilma
Tħawwad jew żbalja fejn ma kellux għaliex.
beżaqha u lagħaqha
Qal xi ħaġa mhix f’postha u pprova jiġbor ġieħu.
beżaqha
Sa fl-aħħar qal xi ħaġa li ilu jżomm fih.
beża’ li xi mkien jaqa’ fuqu
Ried jitlaq ’il barra malajr kemm jista' jkun eż. beża li taqa’ d-dar fuqu, beża li taqa’ l-iskola fuqu, eċċ.
stampalu bewsa
Tah bewsa li tixhed imħabba kbira.
għax ma tmurx tbennen!
Ġib ruħek ta’ adult, m’għadekx tfal.
belgħu belgħa
Għajjat miegħu waħda kbira.
iħobb ibekkek
Iħobb jixrob l-alkoħol.
tela’ fuq il-bejt
Talab prezz wisq għoli għal xi ħaġa.
ibda biex
L-ewwel ħaġa li jeħtieġ inqisu hija din.
kemm int baxx!
Kemm inti bniedem vulgari.
għamel xi ħaġa baxx baxx
Għamel xi ħaġa bil-moħbi, b’tali mod li ma jinduna ħadd.
waqa’ baxx
Tilef id-dekor għax għamel azzjoni mhux ta’ quddiem in-nies, tkellem pastaż, dagħa, eċċ.
mhux ser ibati fuq hekk
Jaf x’għandu jagħmel u mhux ser ibati bis-saħħa t’hekk.
kemm għad irid iboss
Għad irid jaħdem qatigħ biex jieħu dak li jixtieq.
ma tistax tboss bih
Ma tista’ tagħmel jew tgħid xejn meta jkun hemm hu għax irid ikun jaf kollox.
iboss
Tingħad bħala enfasi għall-kobor ta’ xi ħaġa, ġeneralment negattiva eż. dwejjaq iboss, dejn iboss, eċċ.
li jaqla’ kollu barrani
Il-flus li qed jaqla’ bħalissa kollha mhumiex tas-soltu.
jagħti għal barra
Li wieħed jista’ jgħaddi minnu biex joħroġ barra eż. bieb jagħti għal barra.
qed tħares ’il barra
Qiegħda tfittex biex issib namrat u tiżżewweġ.
barra minn hawn u s-siegħa ta’ dal-ħin!
Tingħad b’esklamazzjoni meta wieħed jisma’ b’xi mard jew diżgrazzja biex jitlob li ma tiġix fuq it‑tali.
ta’ barra minn hawn
Diffiċli ħafna, impossibbli.
barra minn fuqu!
Tingħad b’esklamazzjoni meta wieħed jisma’ b’xi mard jew diżgrazzja biex jitlob li ma tiġix fuq it-tali.
sa barra
Totalment, kompletament eż. bniedem fitt sa barra, iblah sa barra, eċċ.
jonqsu barma u fitla
Bniedem sempliċi, iblah jew stramb. Barma (mill-verb baram) u fitla (mill-verb fettel) it-tnejn ifissru bidla f’daqqa waħda fil-ħsieb jew il-fehma, bħal meta nistaqsu lil xi ħadd x’fettillu jew x’baramlu jagħmel xi ħaġa.
baraxlu kollox
Kollox ħadlu jew seraqlu, kollox rebaħlu (f’kuntest ta’ logħba).
barmu
Wasslu għall-mewt.
hawn jobrom
Dan post fejn il-baħar ikun imqalleb ħafna u jġorr kollox miegħu.
baramlu kollox
Kollox ħadlu jew seraqlu.
jobromhom
Bniedem aqwa minn ħaddieħor, ta’ ħila.
iktar ibaqbaq milli jinżel
Iktar iparla milli jaħdem.
baqa’ miegħu
Ftiehem miegħu.
baqa’ lura
Ma tgħallimx u baqa’ ma jaf xejn, ma għaddiex minn eżami, ma mexxiex fix-xogħol, baqa’ b’mentalità antika.
baqa’ kiefes
Oġġett li baqa’ ma nstabx, baqa’ mitluf.
hekk baqa’ jonqos
Ma jonqos xejn iżjed, li kellu jsir sar.
baqa’ keda
Baqa’ miblugħ, baqa’ mistagħġeb.
baqa’ baqa’ sa ma [+ verb]
Baqa’ jirsisti sakemm dak li xtaq jagħmel għamlu eż. Baqa’ baqa’ sakemm sab xogħol għal qalbu.
baqa’ baqa’ ma [+ verb]
Baqa’ sakemm għaddiet tiegħu u dak li kellu jagħmel m’għamlux, skont il-verb li jintuża eż. Baqa’ baqa’ ma marx dik il-laqgħa.
baqa’ ma [+ verb]
Baqa’ ma għamilx dak li kellu jagħmel, skont il-verb li jintuża eż. Baqa’ ma sewwiehx dak il-bieb.
a la xanxè
Kif ġie ġie, mingħajr ħsieb. Mill-Franċiż a la recherché, b’referenza għal xi ħaġa mhix naturali.
bagħtu isfel
Bagħtu l-ħabs.
bagħtu ’l barra
Keċċieh minn fejn kien.
min bagħat għalih?
Tingħad lil min ġie mingħajr ħadd ma qallu u m’għandniex pjaċir bih. Tingħad ukoll meta xi ħadd jagħti parir mhux mitlub jew jindaħal fejn ma jesgħux.
bagħat jgħidlu
Bagħat lil ħaddieħor biex iwassallu messaġġ.
kollu bababa
Jgħid ħafna xorti u xejn ma jagħmel.
għamillu azzjoni
Ġab ruħu ħażin miegħu; għamillu azzjoni ħażina.
m’hemmx awdenza
Ma jridx jisma’ dak li qed ngħidlu. Awdenza, jew awdenzja, ġejja mill-kelma Taljana udienza.
sab l-artab
Ma sabx diffikultajiet jew ma sabx min jiqaflu, għamel li ried.
għid appa
Tingħad lil min jgħidilna li jrid jagħmel xi ħaġa li tkun diffiċli ħafna jew impossibbli.
għandu arkata tajba
Idoqq il-vjolin jew il-vjolinċell tajjeb ħafna. L-ark huwa l-istikka bix-xagħar stirat taż-żiemel li biha jindaqqu dawn l-istrumenti.
l-aqwa li [+ verb]
L-aktar ħaġa importanti hija [l-azzjoni deskritta fil-verb] eż. l-aqwa li jorqod, jagħmel l-eżerċizzju, jitgħażżen, eċċ.
m’hemmx aqqal minnu
M’hemmx bniedem ta’ intern ħażin aktar minnu. Aqqal hija taħsira tal-aġġettiv komparattiv eqlel jew aqall, minn qalil.
ma għandux aptitu
Ma għandux aptit ikellmu jew joqgħod jisimgħu.
anqas jekk naf x’naf
Żgur li le, qatt ma jien se nċedi.
jaqta’ ammozz
Ma jaħsibhiex qabel jgħid jew jagħmel xi ħaġa, bl-addoċċ. Tintuża wkoll meta wieħed iħallas inqas flus għax-xiri bl-ingrossa.
għamel l-almu
Għamel kuraġġ.
għandu l-almu [+ verb]
Jista’ jkun li ser jagħmel l-azzjoni indikata fil-verb, eż. għandu l-almu jiġi, jmur, jinjorak, jgħinek, eċċ.
baqa’ jsaffar l-Ajda
Ħallewh waħdu, baqa’ ma ħa xejn. L-Ajda hija opra traġika ta’ Giuseppe Verdi.
m’aħniex
L-ewwel tifsira hija li dak il-bniedem miġnun, iġib ruħu stramb jew qed jiżmaga. It-tieni tifsira hija li dan l-oġġett ħażin jew m’għadux tajjeb.
L-idjomi kollha, f’post wieħed.