idjoma.mt għadu qed jinbena

idjoma.mt

idjomi Maltin

kategorija

il-baħar

hawn jobrom

Dan post fejn il-baħar ikun imqalleb ħafna u jġorr kollox miegħu.

u l-baħar bnazzi

Tingħad biċ-ċajt lil xi ħadd wara li jkun qalilna grazzi, peress li taqbel.

baħar baqta

Baħar kalm ħafna. Baqta tfisser ħalib magħqud meta jiżdiedlu t-tames, jiġifieri likwidu li jittieħed mill-istonku tal-ħrief u jitħallat mal-ħalib biex jagħqad. Minn dan il-proċess jiġi prodott il-ġobon.

baħar ta’ …

Ħafna minn xi ħaġa eż. baħar ta’ nies, baħar ta’ inkwiet, eċċ.

mar il-baħar

Tingħad meta oġġett ma jibqax tajjeb, jew meta bniedem jonqsu xi ħaġa drastikament (is-saħħa, is-suċċess, proġett li ma jirnexxix, eċċ.).

ħalli jħabbat il-baħar

Jiġri x’jiġri, toqgħodx tinkwieta. Ngħidu wkoll ħallih iħabbat. Meta l-baħar ikun imqalleb, iħabbat mal-vapuri, id-dgħajjes, eċċ.

qisu baga

Oħxon ħafna. Baga hija oġġett ta’ għamla tonda marbut f’wiċċ il-baħar b’mażżra fil-qiegħ jew ankra biex fost oħrajn jorbot il-bċejjeċ tal-baħar.

qabad l-art

Kollox miexi b’mod aktar sod u kostanti, bħal meta tinżel l-art wara li tkun mort fuq il-baħar - l-art iżjed soda.

L-idjomi kollha, f’post wieħed.