idjoma.mt għadu qed jinbena

idjoma.mt

idjomi Maltin

kategorija

il-flus

kellu bagatella

Kellu oġġett li ma jiswa kważi xejn jew ammont żgħir ta’ flus. Tintuża wkoll b’mod ironiku biex infissru li bniedem għandu ħafna flus.

art u saqaf

Faqar kbir, kif tixhed daru li ma fihiex għamara u li allura m’għadna xejn ħlief art u saqaf.

ħadu bl‑appalt

Għamel xi ħaġa tiegħu u ma jridx jagħti ċans lil ħaddieħor. Appalt huwa kuntratt ta’ akkwist pubbliku.

jaqta’ ammozz

Ma jaħsibhiex qabel jgħid jew jagħmel xi ħaġa, bl-addoċċ. Tintuża wkoll meta wieħed iħallas inqas flus għax-xiri bl-ingrossa.

dak ta’ abbett

Dak bniedem ta’ ħafna flus, sinjur. Il-kelma abbett, jew abbet, ġejja mill-verb Latin habet, li jfisser għandu.

L-idjomi kollha, f’post wieħed.