Bagħat lil ħaddieħor biex iwassallu messaġġ.
kategorija
il-kliem
kollu bababa
Jgħid ħafna xorti u xejn ma jagħmel.
m’hemmx awdenza
Ma jridx jisma’ dak li qed ngħidlu. Awdenza, jew awdenzja, ġejja mill-kelma Taljana udienza.
għid appa
Tingħad lil min jgħidilna li jrid jagħmel xi ħaġa li tkun diffiċli ħafna jew impossibbli.
smajtha tal-aħħar?
Ħadtha l-iżjed aħbar reċenti?
ma qalx aħħ minnu
Qatt ma kellu fuqiex igerger minnu.
tah l-addiju
Telaq ’l hemm, ma baqax ikellmu.
għadu fl-abeċe
Għadu bil-bidu tal-istudji tiegħu.
mill-a saż-żeta
Mill-bidu sal-aħħar.
L-idjomi kollha, f’post wieħed.