iswed faħma
Iswed ħafna, bħal faħma.
iswed borma
Iswed ħafna, bħall-borma ta' dari li l-qiegħ tagħha kien ikun kollu nugrufun.
iswed tuta
Iswed ħafna, bħat-tut.
iswed Tork
Iswed ħafna. Dari l-Maltin kienu jaħsbu li t-Torok huma ta' ġilda sewda.
iswed dlam
Iswed ħafna, bħad-dlam.
abjad ħalib
Abjad ħafna, bħall-ħalib.
abjad qoton
Abjad ħafna, bħall-qoton.
abjad silġ
Abjad ħafna, bħas-silġ.
abjad lift
Abjad ħafna, bħal-lift, li huwa tip ta' ħaxix abjad (turnip).
abjad karti
Abjad ħafna, bħall-karti.
abjad fiġla
Abjad ħafna, bħall-fiġla, li hija tip ta' ħaxix abjad (radish).
ikħal nir
Blu ħafna, bħan-nir, li hija speċi ta' xitla (Indigofera tinctoria). Il-lewn li nieħdu minn dix-xitla hu għalhekk il-blu, l-ikħal, għalhekk ngħidu "sema ikħal nir".
aħdar bużbież
Aħdar ħafna, bħall-bużbież, li huwa tip ta' pjanta.
aħdar ħaxix
Aħdar ħafna, bħall-ħaxix.
isfar lumija
Isfar ħafna, bħal-lumija.
isfar mewt
Isfar ħafna, bħal bniedem li jkun wasal biex imut.
isfar deheb
Isfar ħafna, bħad-deheb.
aħmar skorfna
Aħmar ħafna, bħall-iskorfna, li hija tip ta' ħuta.
aħmar peprin
Aħmar ħafna, bħall-peprin.
aħmar demm
Aħmar ħafna, bħad-demm.
aħmar qroll
Aħmar ħafna, bħall-qroll, li huwa kreatura tal-baħar.
aħdar
Bniedem kattiv, qalbu ħażina.
isfar lellux
Isfar ħafna, bħall-fjura tal-lellux. Il-lelluxa hija tip ta' pjanta.
aħmar nar
Aħmar ħafna, bħan-nar.