bil‑bijambò
Kellu ħafna nervi; bil‑buri; bil‑geddum. Il‑bijambò (mill‑Ispanjol birimbao) huwa strument żgħir tal‑ħalq li jagħmel ħoss qisu ta’ tnewwih, u jindaqq billi jinżamm max‑xufftejn bejn is‑swaba’, waqt li b’saba’ wieħed jintgħafas il‑fildiferru li jkun imwaħħal ma’ qaws ċkejken tal‑metall. Għadu jintuża l‑aktar mid‑daqqaqa folkloristiċi Sqallin.