Tingħad b’esklamazzjoni meta wieħed jisma’ b’xi mard jew diżgrazzja biex jitlob li ma tiġix fuq it‑tali.
kategorija
iż-żmien
kien fl-aqwa tiegħu
Kien żmien fejn l‑affarijiet (eż. in-negozju, is-saħħa, eċċ.) kienu għadhom sejrin tajjeb ħafna.
nagħmlu bħall-antiki
Naċċettaw l-affarijiet kif inhuma u ma noqogħdux nippruvaw inbiddlu.
mur ġib l-antiki!
Ara missirijietna kemm kienu jistagħġbu jew jitkażaw b’dan li qed jiġri.
antik ta’ Pizzolu
M'inti ħiereġ b’xejn ġdid, kulħadd jaf biha din il-ħaġa. Pizzolu hija referenza għall-belt Taljana ta’ Pozzuoli, li hija antika ħafna.
la antika
Kif kienu jagħmlu dari, mhux kif isir illum il-ġurnata.
fl-antik
Żmien ilu ħafna.
fl-aħjar
Fl-aktar mument jew perjodu importanti.
kien fl-aħjar tiegħu
Kien żmien fejn l-affarijiet kienu għadhom sejrin tajjeb ħafna.
qiegħed fl-aħħar tad-dinja
Qiegħed ’il bogħod ħafna u minn kulħadd.
fl-aħħar wasal l-aħħar
Fl-aħħar ġara dak li ma kienx mistenni, li ma bsartx.
fl-aħħar mill-aħħar
Meta tqis kollox.
ħażin għall-aħħar
Ħażin ħafna.
qiegħed f’aħħaru
Wasal biex imut, qiegħed fl-aħħar ta’ ħajtu.
qiegħed fl-aħħar
Wasal biex imut, qiegħed fl-aħħar ta’ ħajtu.
f’affari ta’ ġimgħa (jumejn, sena, xahar, eċċ.)
L-affarijiet ġraw fi żmien ġimgħa, jumejn, sena, xahar, eċċ.
minn żmien il-brodu
Minn dejjem; minn ilu ħafna.
kien bniedem ta’ dak iż-żmien
Kien bniedem tipiku li jġib ruħu ta' dak iż-żmien, jilbes ta' dak iż-żmien, eċċ.
għamlu żmienu
Bniedem li gawda f'żgħożitu iżda issa xjaħ. Tifsira oħra hija li issa l-oġġett qdiem u m'għadux tajjeb.
għandu ż-żmien
Bniedem li mhux żgħir fl-età jew m'għadux żagħżugħ, oġġett qadim.
iż-żmien għamel tiegħu fuqu
M'għadux żagħżugħ issa, huwa ċar li qiegħed jixjieħ.
iż-żmien qiegħed hemm
M'għadux żagħżugħ issa, qiegħed jixjieħ.
dak kien żmien
Dak iż-żmien konna aħjar milli aħna issa, iżjed kuntenti.
mgħobbi biż-żmien
Xiħ ħafna.
insieh żmienu
Qed jitkaża b'xi ħaġa li hu stess għamel fl-imgħoddi.
għadda żmien bi żmien
Għadda ħafna żmien.
għadda ż-żmien bih
Daħaq bih.
għaddieh biż-żmien
Daħaq bih.
jekk Alla jislifni l-għomor
Jekk inkun għadni ħaj.
minn żmien in-nannu
Minn żmien ilu ħafna.
minn żmien żemżem
Minn dejjem; minn ilu ħafna.
L-idjomi kollha, f’post wieħed.