Ngħiduha għal min jagħmel azzjoni ħażina; nittamaw li jieħu l-kastig li ħaqqu.
minnek ’l Alla
Nafdaw f'Alla biex jieħu ħsieb iħares lil dak li jkun meta aħna ma nkunux nistgħu.
mar għand Alla
Ewfemiżmu għal meta xi ħadd imut.
Alla jagħtih il-ġenna
Ngħiduha meta nsemmu lil xi ħadd li jkun mejjet, biex Alla jaħfirlu dnubietu.
qisu ra x-xitan
Irrabjah talli fixklu milli ried jagħmel.
ix-xitan għamieh
Għamel xi ħaġa ħażina ħafna jew xi żball oħxon.
daqs kemm hu żgur Alla fis-sema
Bla dubju ta' xejn.
mnalla
Li kellu jiġri ġara għax Alla hekk ried. Ortografija aġġornata minn (i)mn'Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
kemm Alla ħalaq
Ħafna, kwantità kbira ta' xi ħaġa.
Alla ħabbu
Ngħiduha għal minn ikun ħelisha minn ħalq il-mewt jew evita xi diżgrazzja.
Alla laqqiegħi
Ngħiduha għal koppja li tirnexxi fiż-żwieġ.
Alla nsieh
Ngħiduha għal bniedem twil ħafna.
Alla bagħtek
Ngħiduha meta jinzerta jiġi xi ħadd li jkun jista' jgħinna fil-pront.
mhux imnalla
Dak li xtaqna li jsir ma kienx rieda t'Alla, u ma sarx.
Alla jgħammarkom
Ngħiduha lil koppja li għadha tiżżewweġ biex nixtiqulhom it-tfal.
jalla l-ġid
Ngħiduha biex nuru li aħna kuntenti b'xi ħaġa tajba li tkun ġrat. Ortografija aġġornata minn j'Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
irid ilaħħaq m’Alla u max-xitan
Irid ilaħħaq ma' kollox.
ma jistħix minn Alla li ħalqu
Wiċċu jtih, wiċċu tost, ma jistħi minn xejn.
sar xitan
Irrabja ħafna.
b’kemm Alla tah saħħa
B'saħħtu kollha, kemm felaħ.
ix-xitan ħara fuqu
Kien iffurtunat.