Kategorija: Alla

kif Alla jridni

Ngħiduha bi tweġiba lil min jistaqsina kif aħna, u ma nkunux qegħdin sew. Ngħidu wkoll “kif Alla jridek” lil xi ħadd biex niċċajtaw miegħu f’xi sitwazzjoni tad-daħq.

jalla l-ġid

Ngħiduha biex nuru li aħna kuntenti b’xi ħaġa tajba li tkun ġrat. Ortografija aġġornata minn j’Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

jagħmel Alla

Nafdaw f’Alla biex meta ma nkunu nistgħu nagħmlu xejn iżjed, jieħu ħsieb Hu.

għal Alla din

Ngħiduha meta tiġrilna xi ħaġa ħażina u naċċettawha bi mħabba għal Alla.

allaħares

Oriġinarjament Alla jħares. Ngħiduha meta nkunu nixtiequ li dak li qed nitkellmu fuqu ma jseħħ qatt.

Alla jbierek

Espressjoni ta’ stagħġib għal xi ħaġa li togħġobna. Tintuża wkoll b’mod sarkastiku.

jalla

Ngħiduha meta xi ħadd jittama li l-affarijiet imorru kif ikun jixtieq. Ortografija aġġornata minn j’Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

mnalla

Li kellu jiġri ġara għax Alla hekk ried. Ortografija aġġornata minn (i)mn’Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

minnek ’l Alla

Nafdaw f’Alla biex jieħu ħsieb iħares lil dak li jkun meta aħna ma nkunux nistgħu.