Ngħiduha għal tnejn li ma jiftiehmu qatt u l-ħin kollu jiġġieldu.
ix-xitan laqqagħhom
jalla l-ġid
Ngħiduha biex nuru li aħna kuntenti b'xi ħaġa tajba li tkun ġrat. Ortografija aġġornata minn j'Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
ix-xitan ħara fuqu
Kien iffurtunat.
jaf fejn ibejjet ix-xitan
Jaf il-ħażin kollu ta' kulħadd, l-għajdut kollu.
anġlu bellu
Ngħiduha għal xi tifel żgħir u gustuż, b'referenza għat-taqbila Maltija.
Alla jgħammarkom
Ngħiduha lil koppja li għadha tiżżewweġ biex nixtiqulhom it-tfal.
għand Alla u ommu
'Il bogħod ħafna.
rah xitan
Irrabjah talli fixklu milli ried jagħmel.
minnek ’l Alla
Nafdaw f'Alla biex jieħu ħsieb iħares lil dak li jkun meta aħna ma nkunux nistgħu.
Alla jkun jafhulek
Alla jagħraf u jippremja l-azzjoni tajba li qiegħed tagħmel.
jibża’ minnu daqs kemm ix-xitan jibża’ mis-salib
Jibża' ħafna minnu.
Alla laqqiegħi
Ngħiduha għal koppja li tirnexxi fiż-żwieġ.
Alla ried li…
Imnalla ġara li ġara, bil-grazzja t'Alla.
Alla nsieh
Ngħiduha għal bniedem twil ħafna.
ix-xitan deffes denbu
Inqala' l-inkwiet, ġara xi ħaġa ħażina.
Alla jbierek
Espressjoni ta' stagħġib għal xi ħaġa li togħġobna. Tintuża wkoll b'mod sarkastiku.
għal Alla din
Ngħiduha meta tiġrilna xi ħaġa ħażina u naċċettawha bi mħabba għal Alla.
ix-xitan u s-salib
Ngħiduha għal tnejn li ma jiftiehmu qatt u l-ħin kollu jiġġieldu.
mar għand Alla
Ewfemiżmu għal meta xi ħadd imut.
minnek ’l Alla
Nafdaw f'Alla biex jieħu ħsieb iħares lil dak li jkun meta aħna ma nkunux nistgħu.
lanqas Alla ma jsemmgħu
Rasu iebsa ħafna.