Ngħiduha għal tnejn li ma jiftiehmu qatt u l-ħin kollu jiġġieldu.
Kategorija: ix-xitan
ix-xitan għamieh
Għamel xi ħaġa ħażina ħafna jew xi żball oħxon.
qisu ra x-xitan
Irrabjah talli fixklu milli ried jagħmel.
jibża’ minnu daqs kemm ix-xitan jibża’ mis-salib
Jibża’ ħafna minnu.
ix-xitan ma jaħmilx
Ngħiduha meta l-affarijiet ma jibdewx sejrin kif nixtiequ.
donnu x-xitan iz-zopp
Ngħiduha għal min ikun izappap u ma tantx inkunu naħmluh.
jaf fejn ibejjet ix-xitan
Jaf il-ħażin kollu ta’ kulħadd, l-għajdut kollu.
ix-xitan ħara fuqu
Kien iffurtunat.
ma tafx ix-xitan kif iġibha
Aħjar toqgħod attent, ma jmurx l-affarijiet imorru ħażin.
sar xitan
Irrabja ħafna.
rah xitan
Irrabjah talli fixklu milli ried jagħmel.
jaf ix-xitan fejn jorqod
Jaf il-ħażin kollu ta’ kulħadd, l-għajdut kollu.
ix-xitan deffes denbu
Inqala’ l-inkwiet, ġara xi ħaġa ħażina.
ix-xitan u s-salib
Ngħiduha għal tnejn li ma jiftiehmu qatt u l-ħin kollu jiġġieldu.
irid ilaħħaq m’Alla u max-xitan
Irid ilaħħaq ma’ kollox.