Għandu nuċċali.
tefa’ għajnejh fuq xi ħaġa jew xi ħadd
ma riedx jemmen ’l għajnejh
Li ra tant kien tal-għaġeb li ma setax jemmen.
għandu għajnejn biex jara
Dak li qed jiġri qed jarah b'għajnejh u kapaċi jqis is-sitwazzjoni.
qagħad b’seba’ għajnejn
Qagħad attent ħafna.
għalaqlu għajnejh
Kien miegħu xħin miet.
ġab għajnejh wara widnejh
Stagħġeb ħafna; baqa' skantat.
qalagħlu għajnejh
Il-pjaċir li tah kien enormi.
għajnejk f’għajni
Tingħad meta nħossu li xi ħadd qed jgħajjinna, biex inbiegħdu l-għajn ħażina.
żamm taħt għajnejh
Qagħad għassa.
qralu f’għajnejh
Mill-ħarsa t'għajnejh induna x'kien qed jaħseb jew x'kien qed iħoss.
għamlu b’għajnejh miftuħa
Għamlu għax ried u kien jaf eżatt x'qed jagħmel.
għajnejn ta’ liebru
Għajnejn kbar ħafna, bħal ta' liebru (fenek kbir).
ikellmek b’għajnejh
Għajnejh espressivi ħafna.
għajnejn li jisirqu n-nies mit-toroq
Għajnejn isaħħruk bis-sbuħija tagħhom.
trid seba’ għajnejn biex tħares lejh
Huwa oġġett tant sabiħ li trid tħares lejh fit-tul u bir-reqqa.
għajnejh ikellmuk
Għandu għajnejh espressivi ħafna.
jafu b’għajnejh magħluqin
Jafu sewwa ħafna.
għajnejh mitfija
Għajnejh bla entużjażmu, imdejqin.
għajnejh ikbar minn żaqqu
Ħa iżjed minn kemm tassew kapaċi jiekol. B'mod aktar ġenerali, ngħiduha wkoll għal min irid iżjed milli diġà għandu.
għalaq għajnejh
Injora intenzjonalment xi nuqqas; miet.
ried jara b’għajnejh u jmiss b’idejh
Ried ikun hemm u jara hu stess biex jemmen.