idjoma.mt għadu qed jinbena

idjoma.mt

idjomi Maltin

kategorija

il-ġisem

blandun

Bniedem twil u sabiħ. Il-blandun huwa gandlier kbir, b’xemgħa twila u ħoxna. Din ikollha salib, is-sena attwali u ħames imsiemer li jissimbolizzaw il-pjagi ta’ Kristu. Tinxtegħel f’Sibt il-Għid u tibqa’ tintuża sa Għid il-Ħamsin. Matul is-sena jibdluha ma’ waħda...

bin ommu, missieru

Ħareġ jixbah ħafna lil ommu jew lil missieru, mill-fattizzi jew mill-karattru.

waqa’ biċċiet

Kellu wġigħ kbir ħafna f’xi parti ta’ ġismu eż. ħass rasu se taqa’ biċċiet, ħass widnejh se jaqgħu biċċiet, eċċ.

biċċa bniedem

Tingħad b’disprezz għal dak li jkun eż. biċċa kuntrattur, biċċa żeffiena, eċċ.

biċċa ta’ bniedem

Raġel, mara, tifel jew tifla sabiħa u f’saħħitha eż. Fih biċċa ta’ raġel! X’biċċa ta’ tifla dik!

anqas li gidem beżżul ommu

Bniedem sfortunat, li ma tiġih qatt waħda tajba. Il‑beżżula hija l‑parti ppuntata tas‑sider, minn fejn terda’ l‑ħalib it‑tarbija.

beżżul

Bniedem sfortunat, li ma tiġih qatt waħda tajba. Il-beżżula hija l-parti ppuntata tas-sider, minn fejn terda’ l-ħalib it-tarbija.

qisu betbut

Bniedem li jitkellem jgħajjat u minn imnieħru. Il-betbut huwa strument mużikali Malti u jagħmel ħoss bħal dak ta’ papra (fil-fatt, il-papra tbatbat).

fetaħ xi mkien beraħ

Qasam xi parti ta’ ġismu b’mod serju eż. fetaħ rasu beraħ, fetaħ idu beraħ, eċċ.

bażwi

Li jkun ħażin ħafna eż. xogħol bażwi, idea bażwija, għira bażwija, eċċ.

donnu bażwi

Bniedem li ma jrid jagħmel sforz fiżiku ta’ xejn.

snienu bandla

Snienu waslu biex jaqgħu għax qed jiċċaqilqu ħafna.

qisu baga

Oħxon ħafna. Baga hija oġġett ta’ għamla tonda marbut f’wiċċ il-baħar b’mażżra fil-qiegħ jew ankra biex fost oħrajn jorbot il-bċejjeċ tal-baħar.

bil-baffi

Oġġett sabiħ ħafna jew ta’ kwalità eċċellenti.

għandu arkata tajba

Idoqq il-vjolin jew il-vjolinċell tajjeb ħafna. L-ark huwa l-istikka bix-xagħar stirat taż-żiemel li biha jindaqqu dawn l-istrumenti.

qisu aringa

Irqiq ħafna. L-aringa hija speċi ta’ ħuta żgħira u rqiqa.

qisu l-Arbanja

Dan il-bniedem ta’ ċertu kobor u guffaġni; ngħiduha wkoll għal xi oġġett. L-Arbanja tirreferi għal HMS Hibernia, bastiment li dam 50 sena rmiġġat ħdejn il-Forti Sant’Anġlu, u s-silwett imponenti tiegħu kien karatteristika li tiddefinixxi l-port.

abbli biex [+ verb]

Jista’ jkun li ser tiġri l‑azzjoni indikata fil‑verb, eż. abbli biex tinzertah, tilmħu, issibu, eċċ.

għajnejk f’għajni

Tingħad meta nħossu li xi ħadd qed jgħajjinna, biex inbiegħdu l-għajn ħażina.

tah għajnejh

Tah dak kollu li seta'; għamel minn kollox għalih.

għajnejh ikbar minn żaqqu

Ħa iżjed minn kemm tassew kapaċi jiekol. B'mod aktar ġenerali, ngħiduha wkoll għal min irid iżjed milli diġà għandu.

L-idjomi kollha, f’post wieħed.