Alla jibgħatha tajba, għax ħażina ilha

Ngħiduha meta nkunu nixtiequ li Alla jgħinna negħlbu xi inkwiet li jkun ilu għaddej.
Kategoriji: Alla | il-ħażin | it-tajjeb

    Alla jbierek

    Espressjoni ta' stagħġib għal xi ħaġa li togħġobna. Tintuża wkoll b'mod sarkastiku.

    allaħares

    Oriġinarjament Alla jħares. Ngħiduha meta nkunu nixtiequ li dak li qed nitkellmu fuqu ma jseħħ qatt.

    imbierek Alla

    Ngħiduha meta nisimgħu jew naraw xi ħaġa sabiħa.

    għal Alla din

    Ngħiduha meta tiġrilna xi ħaġa ħażina u naċċettawha bi mħabba għal Alla.

    mnalla

    Li kellu jiġri ġara għax Alla hekk ried. Ortografija aġġornata minn (i)mn'Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

    jalla

    Ngħiduha meta xi ħadd jittama li l-affarijiet imorru kif ikun jixtieq. Ortografija aġġornata minn j'Alla bid-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.