blandun
Bniedem twil u sabiħ. Il‑blandun huwa gandlier kbir, b’xemgħa twila u ħoxna. Din ikollha salib, is‑sena attwali u ħames imsiemer li jissimbolizzaw il‑pjagi ta’ Kristu. Tinxtegħel f’Sibt il‑Għid u tibqa’ tintuża sa Għid il‑Ħamsin. Matul is‑sena jibdluha ma’ waħda iżgħar, li tintuża fil‑magħmudijiet u l‑funerali. Tissimbolizza lil Kristu bħala d‑dawl tal‑ħajja.