Wissieh.
ried jara b’għajnejh u jmiss b’idejh
Ried ikun hemm u jara hu stess biex jemmen.
għajnejn il-ħaġel
Għajnejn ileqqu.
għajnejh isawtuk
Għajnejh koroh u jimbuttawk.
xoroblu għajnejh
Għejjielu għajnejh.
għamilha fuq għajnejh
Għamel xi ħaġa ta' bilfors għax kien wisq għajjien.
għajnejh kienu qishom sajjetti
Ir-rabja li kellu kienet tidher f'għajnejh.
rah b’għajnejh
Kien hemm meta ġara li ġara, il-fatti ċari.
għandu erba’ għajnejn
Għandu nuċċali.
għajnejh iġibu
Jara tajjeb mill-bogħod.
għajnejh waqgħu fuq xi ħaġa jew xi ħadd
Ra xi ħaġa jew lil xi ħadd.
għajnejn ta’ seqer
Ngħiduha għal xi ħadd li joqgħod attent ħafna u ma jaħrablu xejn.
bejlek għajnejk
Oqgħod attent(a) minn xi ħaġa.
għajnejh imsammra fuq xi ħaġa jew xi ħadd
Baqa' jħares lejn xi ħadd jew xi ħaġa bla waqfien.
għajnejh ikellmuk
Għandu għajnejh espressivi ħafna.
qala’ għajnejh
Għajnejh għejew iħarsu lejn xi ħaġa jew jaqraw xi ħaġa.
rah b’għajnejh
Kien hemm meta ġara li ġara, il-fatti ċari.
żamm taħt għajnejh
Qagħad għassa.
għajnejh fih
Qagħad għassa tiegħu.
tah għajnejh
Tah dak kollu li seta'; għamel minn kollox għalih.
bewwel għajnejh
Beka.