Ħafna.
għajnejh fil-ħofra
Għajjien ħafna.
għajnejh waqgħu fuq xi ħaġa jew xi ħadd
Ra xi ħaġa jew lil xi ħadd.
ġab għajnejh wara widnejh
Stagħġeb ħafna; baqa' skantat.
żamm taħt għajnejh
Qagħad għassa.
waqa’ taħt għajnejh
Rah, innutah.
ma qalax għajnejh
Baqa' jħares lejn xi ħadd jew xi ħaġa bla waqfien.
għajnejn il-ħaġel
Għajnejn ileqqu.
ikellmek b’għajnejh
Għajnejh espressivi ħafna.
għajnejh qamar
Għajnejn miftuħin beraħ.
ma riedx jemmen ’l għajnejh
Li ra tant kien tal-għaġeb li ma setax jemmen.
ma jistax jarah b’għajnejh
Jobogħdu, ma jistax għalih.
bejlek għajnejk
Oqgħod attent(a) minn xi ħaġa.
għajnejh fil-ħofra
Għajjien ħafna.
żamm taħt għajnejh
Qagħad għassa.
jixtieq jaqla’ għajnejh biex…
Lest li jagħmel minn kollox għal xi ħadd jew xi ħaġa.
jafu b’għajnejh magħluqin
Jafu sewwa ħafna.
għajnejh mitfija
Għajnejh bla entużjażmu, imdejqin.
għajnejn il-ħaġel
Għajnejn ileqqu.
għajnejn li jisirqu n-nies mit-toroq
Għajnejn isaħħruk bis-sbuħija tagħhom.
ma jistax jarah b’għajnejh
Jobogħdu, ma jistax għalih.