Għandu nuċċali.
ried jieklu b’għajnejh
Ħares lejh b'intensità kbira, x'aktarx bir-rabja.
għajnejh miksura
Għajnejh jixhdu dwejjaq kbar jew li ma jiflaħx.
ġab għajnejh wara widnejh
Stagħġeb ħafna; baqa' skantat.
bellagħlu għajnejh
Għajjat miegħu waħda sew.
għajnejh iġibu
Jara tajjeb mill-bogħod.
għajnejn il-ħaġel
Għajnejn ileqqu.
serqu minn bejn għajnejh
Kien ovvju li qed jisirqu u ma indunax.
li jaraw għajnejh jagħmluh idejh
Kapaċi jagħmel ħafna affarijiet.
għalaqlu għajnejh
Kien miegħu xħin miet.
sar kollu għajnejn
Qagħad attent ħafna.
għajnejh miksura
Għajnejh jixhdu dwejjaq kbar jew li ma jiflaħx.
qalagħlu għajnejh
Il-pjaċir li tah kien enormi.
li jaraw għajnejh jagħmluh idejh
Kapaċi jagħmel ħafna affarijiet.
bejlek għajnejk
Oqgħod attent(a) minn xi ħaġa.
ma riedx jemmen ’l għajnejh
Li ra tant kien tal-għaġeb li ma setax jemmen.
waqa’ taħt għajnejh
Rah, innutah.
żamm taħt għajnejh
Qagħad għassa.
għasar għajnejh
Beka ħafna.
għajnejh qamar
Għajnejn miftuħin beraħ.
għajnejh biż-żlieġa
M'għandux vista tajba.