Oqgħod attent.
bewwel għajnejh
Beka.
jagħti għajnejh għalih
Tant iħobbu li minn kollox jagħmel għalih.
straħ fuqu b’għajnejh magħluqa
Wera fiduċja sħiħa fih.
għajnejh kienu qishom sajjetti
Ir-rabja li kellu kienet tidher f'għajnejh.
għajnejn ta’ nemes
Għajnejn li jaraw tajjeb ħafna.
ħaleb għajnejh
Beka immens.
żebbeġ għajnejh
Ċekken għajnejh biex jiffoka fuq xi ħaġa.
jiftaħlek għajnejk
Tajjeb ħafna.
għajnejn ta’ nemes
Għajnejn li jaraw tajjeb ħafna.
għajnejn ta’ seqer
Ngħiduha għal xi ħadd li joqgħod attent ħafna u ma jaħrablu xejn.
għajnejn li jisirqu n-nies mit-toroq
Għajnejn isaħħruk bis-sbuħija tagħhom.
għajnejh fil-ħofra
Għajjien ħafna.
fetaħlu għajnejh
Wissieh.
għajnejh sponża
Meta jara xi ħaġa jibqa' jiftakarha.
straħ fuqu b’għajnejh magħluqa
Wera fiduċja sħiħa fih.
għajnejh iġibu
Jara tajjeb mill-bogħod.
għajnejh bis-suppressat
Ngħiduha għal min ma jarax jew taparsi ma jarax xi ħaġa.
tefa’ għajnejh fuq xi ħaġa jew xi ħadd
Inġibed lejn xi ħaġa jew xi ħadd.
jafu b’għajnejh magħluqin
Jafu sewwa ħafna.
għajnejh mitfija
Għajnejh bla entużjażmu, imdejqin.