Ċekken għajnejh biex jiffoka fuq xi ħaġa.
għajnejn ta’ seqer
li jaraw għajnejh jagħmluh idejh
Kapaċi jagħmel ħafna affarijiet.
ibblakkalu għajnejh
Tah daqqa f'għajnejh u benġilhomlu.
b’għajnejh magħluqa
Bla tħassib ta' xejn; bl-amment.
għajnejh qamar
Għajnejn miftuħin beraħ.
għajnejh ikbar minn żaqqu
Ħa iżjed minn kemm tassew kapaċi jiekol. B'mod aktar ġenerali, ngħiduha wkoll għal min irid iżjed milli diġà għandu.
serqu minn bejn għajnejh
Kien ovvju li qed jisirqu u ma indunax.
għajnejh ikellmuk
Għandu għajnejh espressivi ħafna.
għajnejh fih
Qagħad għassa tiegħu.
għamel xi ħaġa fuq xfar għajnejh
Għamel xi ħaġa ta' bilfors, li ma kellux aptit.
sar kollu għajnejn
Qagħad attent ħafna.
għajnejn ta’ nemes
Għajnejn li jaraw tajjeb ħafna.
għamilha fuq għajnejh
Għamel xi ħaġa ta' bilfors għax kien wisq għajjien.
għajnejk f’għajni
Tingħad meta nħossu li xi ħadd qed jgħajjinna, biex inbiegħdu l-għajn ħażina.
bellagħlu għajnejh
Għajjat miegħu waħda sew.
għajnejn ta’ liebru
Għajnejn kbar ħafna, bħal ta' liebru (fenek kbir).
ħaleb għajnejh
Beka immens.
għajnejh miksura
Għajnejh jixhdu dwejjaq kbar jew li ma jiflaħx.
fetaħlu għajnejh
Wissieh.
jiftaħlek għajnejk
Tajjeb ħafna.
trid seba’ għajnejn biex tħares lejh
Huwa oġġett tant sabiħ li trid tħares lejh fit-tul u bir-reqqa.