Bniedem sfortunat, li ma tiġih qatt waħda tajba. Il‑beżżula hija l‑parti ppuntata tas‑sider, minn fejn terda’ l‑ħalib it‑tarbija.
kategorija
it-tfal
għax ma tmurx tbennen!
Ġib ruħek ta’ adult, m’għadekx tfal.
weħel mal-bank
Tingħad meta tifel jew tifla tagħmel taħtha l-iskola.
għandu l-arġentuvivu fih
Dan tifel imqareb ħafna u bla kwiet; l-arġentuvivu (jiġifieri l-merkurju) jitla’ u jinżel u ma jiqafx jiċċaqlaq mal-iċken tibdil tat-temperatura.
qed jara l-anġli
Tingħad għal tarbija li tibda titbissem waqt li tkun rieqda.
anġlu bellu
Ngħiduha għal xi tifel żgħir u gustuż, b'referenza għat-taqbila Maltija.
qisu anġlu
Ngħiduha għat-tfal żgħar u ħelwin.
Alla jgħammarkom
Ngħiduha lil koppja li għadha tiżżewweġ biex nixtiqulhom it-tfal.
L-idjomi kollha, f’post wieħed.