Bniedem li gawda f’żgħożitu iżda issa xjaħ. Tifsira oħra hija li issa l-oġġett qdiem u m’għadux tajjeb.
Kategorija: ix-xjuħija
għandu ż-żmien
Bniedem li mhux żgħir fl-età jew m’għadux żagħżugħ, oġġett qadim.
iż-żmien għamel tiegħu fuqu
M’għadux żagħżugħ issa, huwa ċar li qiegħed jixjieħ.
iż-żmien qiegħed hemm
M’għadux żagħżugħ issa, qiegħed jixjieħ.
mgħobbi biż-żmien
Xiħ ħafna.